ĠURDIEN F'KORDIN LURA FUQ IL-PALK WARA TALBA ĠENERALI Ġurdien f'Kordin tirritorna bil-kbir fuq il-palk! Din il-kummiedja romantika ġiet imtella għal-ewwel darba fi Frar 2026 ġewwa l-Imqabba mis-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju fuq skript oriġinali u direzzjoni ta' Aleandro Bartolo minn Kavallierr Entertainment. Is-serati kienu ta' suċċess kbir biż-żewġ iljieli sold out. Jekk tlift din il-kummiedja li niżlet tant tajjeb mal-udjenza, issa għandek iċ-ċans tingħaqad magħna f'Ottubru li ġej għal waħda minn tlett prestazzjonijiet! Ara x'qalu n-nies wara li attendew għal-xow tal-kummiedja fi Frar li għadda; Il-kast u krew għal din l-edizzjoni; Robert - Jurgen Caruana Russell - Kurt Schembri Farrugia Leo il-boxer - Christian Debono Roxy - Diane Gatt Cindy - Nicole Zammit Dorothy - Lara Michelle Camilleri Direttur Cascun - Manuel Baldacchino Ian il-handyman - Kersten Bugeja Kitba u Direzzjoni - Aleandro Bartolo Produzzjoni - Kavallierr Entertainment Mela x'qed tistenna? Aqta' l-biljetti tiegħek issa u narawk ġewwa Kordin! Attenzjoni: Il-kummiedja hija mmirata għal udjenzi minn 13 il-sena l'fuq minħabba numru ta' xeni li għandhom temi adulti. Tfal li għandhom il-fuq minn 3 snin jeħtieġu biljett. Tfal minn 3 snin il-fuq mhux se jitħallew ipoġġu fuq il-ġenituri minħabba li dan jista jostakola l-viżjoni ta' membri oħra fl-udjenza. Għalhekk nirrakomandaw li jekk se jattendu tfal minn 3 snin il-fuq jinxtara biljett għalihom. Grazzi.
Vibe
Good to know
- Tip
- Performed in Maltese; recommended for ages 13+ due to some adult themes.
- Setting
- indoor
- Best for
- local comedy theatre
- Language
- en
Where
St. Vincent De Paul Residence
St. Vincent De Paul Residence,St. Vincent De Paul Residence,Luqa
Open in Google MapsListed on Festa — Malta & Gozo's event guide. Explore more events
